Dwar
L-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa jassigura li s-servizzi tal-kura tas-saħħa jaslu b’mod effiċenti u bi kwalità għand il-pażjent, b’enfasi fuq il-governanza, il-kwalità tas-servizz u r-responsabbiltà. Jopera fi ħdan qafas ta’ deċentralizzazzjoni kkontrollata u awtonomija li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-utenti.
Responsabbiltajiet
- Li jiżviluppa u jmexxi s-servizzi tal-kura tas-saħħa permezz tad-direttorati fi ħdan id-dipartiment, biex jiżgura li dawn ikunu effettivi u reattivi għall-bżonnijiet tal-utenti.
- Li jippromwovi d-drittijiet taċ-ċittadini u l-pazjenti u jiffaċilita l-involviment tagħhom fis-sistema nazzjonali tas-saħħa.· Li jfassal pjani strateġiċi u politiki operattivi li jipprovdu servizzi integrati kemm fil-livell komunitarju kif ukoll f’dawk istituzzjonali.
- Li jissorvelja l-implimentazzjoni f’waqtha u effiċjenti ta’ strateġiji, standards u regolamenti.
- Li jikkoordina t-taħriġ u l-iżvilupp ta’ persunal tas-saħħa u mhux tas-saħħa skont il-bżonnijiet tas-servizz.
- Li jiżgura konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet interessati interni u esterni inklużi l-utenti tas-servizz.
- Li jappoġġa u jikkoordina ma’ professjonisti alleati tal-kura tas-saħħa.
- Li jidentifika kwistjonijiet fis-servizzi tal-kura tas-saħħa u jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet kif meħtieġ.
- Li jiżgura ambjent sigur u ta’ kwalità għolja għall-utenti u l-impjegati u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istandards u r-regolamenti tal-Ministeru mill-fornituri tas-servizzi tas-saħħa.
Persunal
Sinjura Sharon Young
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa
Ministeru għas-Saħħa u x-Xjuħija Attiva
Palazzo Castellania, Valletta
[email protected]
Entitajiet taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa
- Id-Direttorat għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa Alleata
- Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Veleni
- Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm – Pjazza San Luqa, Gwardamanġa
- Id-Direttorat għas-Servizzi tal-Infermiera u l-Qwiebel
L-impenji tas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa
Is-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa huma impenjati favur il-konsultazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Objettivi Strateġiċi stabbiliti fid-Dokument ta’ Konsultazzjoni Pubblika Patient Safety Strategy 2025-2035, b’mod partikolari:
- Issaħħaħ is-Sigurtà tal-Proċessi Kliniċi u ta’ Kura permezz ta’ kura ċċentrata fuq il-persuna u l-integrazzjoni tas-sigurtà fit-transizzjonijiet tal-kura.
- Tinvolvi u ssaħħaħ lill-pazjenti u lill-komunitajiet għal Servizzi aktar Siguri, Effettivi u Ċċentrati fuq il-Persuna, billi jiġu promossi r-rappreżentanza tal-pazjenti fil-korpi ta’ tmexxija kollha u l-adozzjoni u t-tixrid tal-WHO Patient Safety Charter.

