Missjoni
Il-missjoni tagħna hija li nsaħħu l-governanza tajba permezz ta’ appoġġ proattiv u monitoraġġ kontinwu tal-partijiet interessati interni fl-impenn tagħhom lejn il-konformità. Permezz tal-integrità, it-trasparenza u r-responsabbiltà, naħdmu sabiex nippromwovu kultura ta’ għarfien tar-riskju, kwalità u eċċellenza fil-konformità fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni.
Funzjonijiet u Responsabbiltajiet Ewlenin
- Tikkoordina mal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Awditjar sabiex tiżviluppa u timplimenta approċċ robust ta’ awditjar fil-Ministeru, permezz tal-ippjanar u t-tfassil ta’ programmi ta’ awditjar immirati għal diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru.
- Tħejji u tissottometti rapporti komprensivi dwar awditjar u investigazzjonijiet li jkunu tlestew, li jinkludu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri.
- Tissorvelja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar sabiex tiġi żgurata titjib kontinwu u konformità mal-istandards applikabbli.
- Timplimenta l-istrateġiji, l-inizjattivi u l-għanijiet operattivi ppjanati, f’konformità mal-objettivi tal-Ministeru.
- Trawwem kultura ta’ ġestjoni tar-riskju fl-operat ta’ kuljum u fil-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.
- Tmexxi t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ Politiki, Proċeduri u Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) sabiex tippromwovi governanza tajba, filwaqt li tiżgura konformità mal-leġiżlazzjoni, mal-politiki tal-Gvern u mal-istandards proċedurali madwar il-Ministeru kollu.

