Struttura, Funzjonijiet u Responsabbiltajiet

Id-Direttorat tal-Informatika tas-Saħħa jiffoka fuq il-governanza, il-kwalità, il-privatezza u r-rappurtar tad-dejta fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u Anzjanità Attiva.

Id-direttorat huwa magħmul mis-sezzjonijiet li ġejjin:

  • Immaniġjar tad-Dejta tas-Saħħa
  • Governanza tad-Dejta
  • Saħħa Diġitali u Dejta
  • Protezzjoni tad-Dejta
  • Rekords Mediċi
  • Illustrazzjonijiet Mediċi

Responsabbiltajiet

  • Biex tikkoordina u tippromwovi l-informatika tas-saħħa fis-servizzi kollha tal-kura tas-saħħa.
  • Biex tidentifika rekwiżiti fl-operabbiltà tal-informatika tas-saħħa fi ħdan is-servizzi tal-kura tas-saħħa u tagħti pariri u rakkomandazzjonijiet
  • Biex tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni dwar is-saħħa biex tiżgura monitoraġġ kontinwu, innovazzjoni u sostenibbiltà fis-servizzi tal-kura tas-saħħa

Deskrizzjoni Ġenerali tal-kategoriji ta' dokumenti miżmuma

  • Rapporti tal-attività tal-isptar centrali
  • Proċeduri ta’ protezzjoni tad-dejta
  • Dokumentazzjoni klinika bil-miktub u fotografika
  • Proċeduri standard ta’ operazzjoni
  • Proċeduri dwar tal-kwalità tad-dejta u reviżjonijiet tal-iproċessar
  • Proċeduri u reviżjonijiet tal-governanza tad-dejta
FacebookTwitter