Direttiva tal-UE dwar Kura Transkonfinali

Id-Direttiva tal-UE dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2013. L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva huwa li tiċċara r-regoli dwar l-aċċess għal trattament sikur u ta’ kwalità tajba madwar l-istati membri tal-UE.

Taħt ċerti kundizzjonijiet għandek id-dritt li tfittex servizz ta’ kura tas-saħħa ppjanat jew trattament f’Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea oħra. Dan japplika sakemm il-kura medikament meħtieġa tkun disponibbli taħt il-pakkett tas-saħħa nazzjonali ta’ Malta ffinanzjat pubblikament u sakemm inti tissodisfa ċerti kriterji. Għal aktar informazzjoni dwar dak li jifforma parti minn din il-lista ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Malta.

Meta tikkunsidra kura tas-saħħa transkonfinali

Qabel ma tikkunsidra l-possibbiltà li jfittex trattament barra minn Malta wieħed irid jivverifika mal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Malta:

  • Jekk is-servizz/kura tas-saħħa li qed tintalab tifformax parti mir-Reġistru tal-kura tas-saħħa li jinkludi s-servizzi kollha offruti mis-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika Maltija.
  • Jekk għandekx bżonn permess formali/awtorizzazzjoni minn qabel mid-Dipartiment tas-Saħħa.
  • Liema servizzi tal-kura tas-saħħa huma rimborsabbli u x’se jkopri l-finanzjament.
  • Liema dokumentazzjoni ser ikollok bżonn tipprovdi qabel ma titlaq minn Malta u mar-ritorn tiegħek biex tkun tista’ titlob rimborż.
  • Kif tippjana għall-kontinwità tal-kura tiegħek li tinkludi l-kura meħtieġa ta’ wara meta tirritorna Malta.
  • L-istandards u l-linji gwida dwar il-kwalità u s-sikurezza stabbiliti mill-Istat Membru li qed tippjana li tfittex it-trattament fih.
  • Jekk japplikawx għażliet oħra għal trattament barra.

Id-Direttiva 2011/24/UE dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali

Aċċess għal Aktar Informazzjoni u Pariri

Jekk jogħġbok għaddej minn ‘mistoqsijiet frekwenti’.

Jekk għandek bżonn tikseb aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Malta li jkun jista’ jagħtik aktar informazzjoni u għajnuna prattika.

Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali
Tel: (+356) 22992381
Email: [email protected]

Indirizz:
Office of the Chief Medical Officer
Palazzo Castellania
15, Merchants Street,
Valletta
VLT 1171

Servizzi ta' kura tas-saħħa li jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel

Awtorizzazzjoni minn qabel jiġifieri permess formali mid-Dipartiment tas-Saħħa hija meħtieġa jekk il-kura tas-saħħa li qed tintalab taqa’ fil-‘Lista ta’ proċeduri/servizzi ta’ kura tas-saħħa li jeħtieġu Awtorizzazzjoni minn Qabel’.

Għandek tikseb awtorizzazzjoni minn qabel billi titlob permess minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa permezz tal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali jekk:

  1. Għandek il-ħsieb li tirċievi kura tas-saħħa li tinvolvi żjara fl-isptar matul il-lejl ta’ mill-inqas lejl wieħed;
  2. Il-kura tas-saħħa tinvolvi kura tas-saħħa jew tagħmir mediku speċjalizzat ħafna u/jew kost-intensiv;
  3. Hemm tħassib dwar il-kwalità u s-sigurtà tal-fornitur tal-kura tas-saħħa;
  4. It-trattament iġorr riskju partikolari.

Formola ta’ Awtorizzazzjoni minn Qabel

Formola ta’ Talba għal Rimborż

Skopri liema tipi ta’ servizzi jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel billi taċċessa din il-link jew billi tikkuntattja lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali ta’ Malta.

Huwa fl-aħjar interess tiegħek li tikseb l-approvazzjoni minn qabel mid-Dipartiment tas-Saħħa peress li dan jippermetti kontinwità tal-kura u l-organizzazzjoni tal-kura ta’ wara mar-ritorn tiegħek.

Impenn

Il-Ministeru għas-Saħħa huwa kommess li jindirizza kull mistoqsija u talba għal informazzjoni fl-iqsar żmien possibbli u mhux aktar minn sebat ijiem tax-xogħol.

Ipproċessar ta' talbiet għal trattament barra minn Malta

Il-persuna li tkun qed tfittex kura tas-saħħa barra minn Malta trid tkun koperta mill-iskema tal-Assigurazzjoni Nazzjonali f’Malta. Il-kura mitluba trid tkun parti mill-Pakkett Nazzjonali tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta u għal kull applikazzjoni ssir valutazzjoni dwar jekk it-trattament mitlub jistax jiġi offrut lokalment mingħajr dewmien żejjed u jekk il-kura ma tistax tiġi offruta mingħajr ħin ta’ stennija bla bżonn.

It-talbiet għal trattament barra mill-pajjiż jiġu pproċessati skont dan l-algoritmu u l-proċedura operattiva.

Links

FacebookTwitter