Malcolm Paul Agius Galea twieled fit-12 t’Awissu 1982, iben Paul u Theresa. Huwa attenda l-iskola primarja tan-Naxxar u aktar tard il-Kulleġġ San Alwiġi, fejn qatta’ s-sekondarja u Sixth Form.

Huwa studja l-mediċina u l-kirurġija ġewwa l-Università ta’ Malta bejn is-sena 2000 u 2005. Ħadem St Luke’s u Karen Grech Hospitals, kif ukoll Mater Dei, fejn kien parti mit-team ta’ l-Emerġenza fiż-żmien li fih saret il-mixja minn sptar għall-ieħor fis-sena 2007.

Huwa speċjalizza bħala tabib tal-familja, u fl-2010, kiseb ukoll Masters in Family Medicine. Bħala tabib tal-familja huwa ħadem fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid għal diversi snin, u mis-sena 2012, kompla jaħdem fis-settur privat, primarjament ġewwa Ħaż-Żebbuġ u l-madwar.

Malcolm ikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ġewwa Ħaż-Żebbuġ fl-2019, fejn ġie elett sindku. Ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali tal-2022, fuq is-6 u s-7 distrett. Wara li ġie elett, inħatar Chairman tal-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa.

Fl-2024, huwa nħatar Segretarju Parlamentari tal-Anzjanita Attiva fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.

Malcolm miżżewweġ lil Juanita, anestetista, u flimkien għandhom tliet subien, Adam, Noah u Jacob. Huma residenti Ħaż-Żebbuġ.