Il-Missjoni tad-Dipartiment
Li jipprovdi l-appoġġ f’waqtu lis-Segretarju Permanenti, u f’ismu, lid-diversi Dipartimenti, Entitajiet, Awtoritajiet u Unitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita Attiva (Saħħa) kif ukoll lis-Segretarjat tal-Ministru kif jista’ jkun meħtieġ.
Għanijiet Strateġiċi
L-għan tad-Direttorat huwa li jipprovdi kooperazzjoni orizzontali mill-qrib bejn id-diversi Dipartimenti, Direttorati, Entitajiet, Unitajiet u Sptarijiet li jiffurmaw il-Ministeru b’appoġġ dirett lis-Segretarju Permanenti. L-għan tiegħu huwa li jgħaqqad f’isem is-Segretarju Permanenti, ix-xogħol u l-inizjattivi mwettqa minn partijiet interessati interni u esterni u li jistinka biex isaħħaħ din ir-rabta billi jipprovdi l-appoġġ meħtieġ u jiffaċilita u jtejjeb il-komunikazzjoni interna. Id-Direttorat jistinka biex jgħin lis-Segretarju Permanenti billi jantiċipa l-kwistjonijiet, jipprovdi informazzjoni u pariri u jinkoraġġixxi klima fejn il-maniġment u l-persunal jistgħu jaħdmu flimkien b’mod effettiv biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet, il-politiki u l-proġetti jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Ministeru. Id-Direttorat jistinka wkoll biex jilħaq standards ta’ eċċellenza u jżid l-effiċjenzi permezz tal-użu tat-teknoloġija u biex jiżviluppa l-abbiltajiet ta’ tmexxija u l-potenzjal tat-tim tiegħu permezz tal-aħjar prattiki u taħriġ kontinwu fl-iżvilupp professjonali.