Ir-rwol primarju tal-Information Management Unit (Saħħa) huwa li jiżgura l-allinjament tat-teknoloġija tal-informazzjoni mal-prijoritajiet strateġiċi tal-Ministeru. F’dan ir-rigward, it-Taqsima tipprovdi appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti dwar il-kwistjonijiet kollha tal-ICT tal-Ministeru. L-Information Management Unit (Saħħa) hija mmexxija mill- Uffiċjal Kap tal-Informazzjoni, is-Sur Euchar Sultana.

Il-Kompetenzi Ewlenin tal-Information Management Unit (Saħħa) jinkludu:

  • Il-preparazzjoni ta’ pjanijiet strateġiċi u operattivi tal-ICT għall-Ministeru f’konformità mal-istrateġija nazzjonali tal-ICT;
  • Jipprovdi appoġġ u pariri lis-Segretarju Permanenti dwar kwistjonijiet tal-ICT tal-Ministeru;
  • Pariri tekniċi dwar l-akkwist u/jew il-kiri ta’ tagħmir relatat mal-ICT;
  • Tikkoordina l-aġġornament, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Informazzjoni ġodda;
  • Tħejjija tal-baġit tal-ICT u l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi tal-ICT.

Din it- taqsima hija involuta wkoll fl-applikazzjoni ta’ politiki, standards u protokolli għall -Gvern kollu, li huma mmirati biex jiżguraw li s-sistemi tal-IT ikunu reċiprokament kompatibbli.

Viżjoni:

Saħħa aħjar għas-soċjetà Maltija permezz ta’ applikazzjoni effettiva tat-teknoloġija.

Missjoni:

Fl-Information Management Unit, nipprovdu lill-klijenti tagħna, kemm interni kif ukoll esterni, sistema ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u effiċjenti permezz tal-provvista ta’ teknoloġija li hija intrinsika għall-bżonnijiet tal-klijent tagħna.

Aħna kburin bl-abbiltà u l-approċċ konsistenti tagħna li nappoġġjaw strateġikament lill-klijenti tagħna filwaqt li nnaqqsu proċessi burokratiċi eċċessivi.

Valuri:

Aħna mmexxija mill-valuri inerenti tal-Amministrazzjoni Pubblika Maltija, bħas-Servizz, il-Korteżija, il- Ħeffa u l-Imparzjalità; l-Għan u l-Għarfien; l-Effettività u l-Effiċjenza.

Filwaqt li naħdmu biex niksbu l-Eċċellenza, ir-Responsabbiltà u l-Integrità, niżguraw il-provvista ta’ servizz iċċentrat fuq il-klijent ta’ Kompassjoni u Inklużività, billi nagħtu s-setgħa lin-nies u bl-użu kompetenti tal-flus pubbliku.

Deskrizzjoni Ġenerali tal-kategoriji ta' dokumenti miżmuma

Dokumenti miżmuma mill-Information Management Unit (Saħħa) dwar il-governanza tal-ICT joħorġu minn Policies, Direttivi, Proċeduri u Standards tal-ICT għall-Gvern ta’ Malta (http://ictpolicies.gov.mt).

L-indirizzar ta' talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Membri tal-pubbliku li jitolbu aċċess għal dokumenti miżmuma minn Information Management Unit għandhom jikkuntattjaw lill- Uffiċjal tal-FOI fuq 22992379 jew lill- Uffiċjal Alternattiv tal-FOI fuq 25952801 jew permezz tal-indirizz elettroniku [email protected].

FacebookTwitter