MIN AĦNA

Is-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa huma impenjati li joffru kura ta’ kwalità għolja, sikura u aċċessibbli f’oqsma differenti tas-saħħa tal-pazjent. Il-missjoni tagħna hi li nħarsu u ntejbu s-saħħa pubblika billi nipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi speċjalizzati lil pazjent.

Dipartimenti jinkludu:

Nippromwovu l-kwalità, il-professjonaliżmu u l-innovazzjoni filwaqt li nħaddnu l-valuri tad-dinjità, ir-rispett u l-fiduċja fil-pazjenti u fil-komunità li naqdu.

L-IMPENN TAGĦNA LEJN IL-KLIJENTI

Meta tikkuntattja jew iżżur xi wieħed mis-servizzi tagħna tista’ tistenna:

X’GĦANDEK TISTENNA META TIKKUNTATTJANA

Meta tikkuntattjana bit-telefon

  • Aħna nwieġbu fi żmien tliet ijiem meta tasal it-talba.
  • F’każ ta’ emajl tirċievi notifika li l-email tiegħek tkun waslet
  • L-uffiċjali tagħna jidentifikaw ruħhom

Meta żżur l-uffiċċji tagħna

  • Noffru ambjent b’senjalizzazjoni ċara u aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
  • Ħinijiet ta’ stennija huma normalment 15–20 minuta.

Appuntamenti

  • It-talbiet jiġu kkonfermati fi żmien 3 jum tax-xogħol.
  • Normalment l-appuntament ikun skedat fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, ħlief f’każijiet ta’ urġenza li jingħataw prijorità.

RESPONSABBILTAJIET TAL-KLIJENTI

Il-klijenti huma mistennija li:

  • Jipprovdu informazzjoni korretta u sħiħa
  • Jittrattaw lill-ħaddiema b’rispett u korteżija
  • Jżommu mal-ħinijiet u l-appuntamenti skedati

NIVVALUTAW IS-SUĠĠERIMENTI TIEGĦEK

Il-feedback tiegħek jgħinna ntejbu s-servizzi tagħna.

KIF TIKKUNTATTJANA

  • Permezz tal-uffiċċji rispettivi ta’ kull servizz (ara l-links hawn fuq). Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:30–14:30; Sibtijiet, Ħdud u Festi Pubbliċi: Magħluqa.
  • Permezz ta’ email jew telefon skont id-dettalji fuq il-websajts tagħna.
  • · Permezz tas-servizz.gov.mt: ċempel 153 jew online fuq Issottometti ilment.

Il-kunfidenzjalità tiegħek tkun garantita u tirċievi tweġiba fi żmien 3 ijiem tax-xogħol.

Kuntatt:

Health Care Services
Palazzo Castellania, Valletta
[email protected]

FacebookTwitter