Tag: Il-Protezzjoni tal-Informatur

Protezzjoni tal-Whistleblower

L-Att dwar il-Ħarsien tal-Whistleblower Kap. 527 daħal fis-seħħ f’Settembru 2013. Permezz ta’ dan l-Att, impjegat li jagħmel divulgazzjoni protetta huwa protett minn azzjoni detrimentali, fis-sens li l- informatur mhux se jkun responsabbli għal ebda proċediment ċivili, kriminali jew proċedimenti dixxiplinarji talli jkun għamel dan l- żvelar.

Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt jiddefinixxu dak li jagħmel żvelar intern protett jew mhux protett.

Żvelar Protett Żvelar mhux protett

Żvelar jitqies protett meta:

  1. l-iżvelar isir in bona fede;
  2. Il-Whistleblower jemmen b’mod raġonevoli li l-iżvelar tiegħu/tagħha dwar kwalunkwe prattika mhux xierqa mwettqa minn min iħaddem/impjegat ieħor ta’ min iħaddmu/persuni li jaġixxu f’isem u fl-interessi ta’ min iħaddem huwa sostanzjalment veru;
  3. L-iżvelar ma jsirx għall-finijiet ta’ gwadann personali.

Żvelar jitqies mhux protett meta:

  1. L-iżvelar isir minn impjegat li jaf li qed jiżvela informazzjoni li jaf jew li raġonevolment għandu jkun jaf li hija falza. Dan jitqies bħala reat punibbli skont l-artikolu 101 tal-Kodiċi Kriminali;
  2. Persuna tiżvela informazzjoni protetta minn privileġġ professjonali legali;
  3. Huwa magħmul b'mod anonimu. F'każijiet bħal dawn il-WRO xorta tista' tipproċessa l-iżvelar, iżda jekk jitqiesu malafamanti jew libellużi, dawn se jintremew.

Kull Ministeru tal-Gvern huwa rappreżentat minn Whistleblowing Reporting Officer (WRO), mill-grad ta’ Assistent Direttur ‘il fuq. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Whistleblowing Reporting Officer fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa huma deskritti hawn taħt:

Uffiċjal għar-Rappurtar tal-Iżvelar ta’ Informazzjoni Protetta:
Doreen Portelli, Direttur Ġenerali tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni
Numru ta’ Kuntatt: 2299 2235
Kuntatt Elettroniku: whistleblower.mfh@gov.mt

l-WRO hija responsabbli biex tirċievi żvelar intern u tindirizza t-tħassib imqajjem mill-informatur kif xieraq. Madankollu, jekk il-whistleblower ma jkunx sodisfatt bir-riżultat jew ikollu twemmin raġunat li jkun konformi mal-artikolu 16 tal-imsemmi att, allura jista’ jissottometti żvelar estern lill-Whistleblowing Reports Unit tal-awtorità kif ipprovdut f’ Ċirkolari OPM Nru 18/2013.