Tag: Retention Policies

Protezzjoni tad-Dejta

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (UE) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (Kap 586) jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali kemm jekk tinżamm elettronikament jew f’forma manwali. Għalhekk inqisu li għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna se nirrispettaw dan id-dmir. Aħna nieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur lil kwalunkwe parti terza jew Dipartiment tal-Gvern sakemm ma tagħtiniex l-kunsens tiegħek biex nagħmlu dan.

Tista’ tagħmel talba għal kwalunkwe informazzjoni li ġiet irreġistrata dwarek u għandek id-dritt titlob li kull ineżattezza tiġi kkoreġuta u fejn applikabbli titħassar, jekk ma jkunux diġà tħassru.

Data Protection and Retention Policies