Formoli għat-Tobba
Dawn il-formoli huma għall-użu minn tobba f’Malta biss. L-użu mhux awtorizzat jista’ jwassal għal prosekuzzjoni taħt l-ordinanza jew il-leġiżlazzjoni rilevanti.
myHealth
Il-formola myHealth tal-kunsens bejn tabib u pazjent
Użat minn pazjenti biex jagħtu l-kunsens tagħhom lit-tobba biex jaċċessaw id-dejta tagħhom permezz ta’ myHealth. It-tabib irid jixhed il-firma tal-pazjent u jiffirma l-formola qabel ma tiġi sottomessa lill-uffiċċju myHealth.
Riferimenti għall-Isptar
Biljett ta’ riferiment lid-Dipartiment A & E (Formola DH22B) (DH circ 137/2011)
Użat biex jirreferi pazjent lid-Dipartiment tal-Inċidenti u Emerġenza ta’ sptar tal-Gvern. Iż-żewġ naħat għandhom jiġu stampati.
Biljett Onlajn ta’ Riferiment għall-Kliniċi tal-Isptar Mater Dei jew taċ-Ċentru tas-Saħħa
Użat biex jirreferi pazjent għal appuntament fl-outpatient fl-Isptar Mater Dei jew fil-kliniki taċ-Ċentru tas-Saħħa. It-tabib jeħtieġ li jidħol fis-sit billi juża l-e-ID tiegħu/tagħha biex jaċċessa din il-formola. Għal aktar informazzjoni ibgħat emajl fuq bookingoffice.mdh@gov.mt.
Biljett ta’ Riferiment
Formola PDF offline – formola ta’ riferiment ġenerali għall-isptarijiet tal-Gvern u ċ-Ċentri tas-Saħħa.
Riferimenti Elettroniċi għall-Gender Wellbeing Clinic
Riferimenti għall-Gender Wellbeing Clinic jistgħu jsiru permezz tat-tabib ġenerali, infermier, psikologu/counsellor jew ħaddiema soċjali li mbagħad jintbagħat permezz ta’ emajl fuq transhealthcare.health@gov.mt. Wieħed jista’ jagħżel ukoll li jimla l-formola ta’ riferiment għal-Gender Wellbeing Clinic onlajn.
Riferiment għall-Klinika tal-Artrite mhux Avvanzata fl-Isptar Mater Dei
Sistema Fast-Track tal-Kanċer
Is-sistema fast-track tal-kanċer hija disponibbli għas-servizzi li ġejjin:
- Fast-Track tal-Kanċer tal-Kolon.
- Fast-Track tal-Kanċer fis-Sistema Respiratorja.
- Fast-Track tal-Kanċer tas-Sider.
- Fast-Track tal-Kanċer tal-Ematoloġija.
- Fast-Track tal-Kanċer tal-Prostata.
- Fast-Track tal-Kanċer tal-Gastrointestinali ta ‘fuq.
- Fast-Track tal-Kanċer ta’ Ras u l-Għonq.
- Fast-Track tal-Kanċer tal-Ġilda.
Riferimenti għall-Investigazzjonijiet
Riferiment għad-Dipartiment tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei
Talba għar-Radjoloġija minn Tabib Privat Tal-Familja
Użat minn tobba privati tal-familja biex jirreferu pazjent f’ċentru tas-saħħa għal investigazzjoni radjoloġika. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lid-Dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja. Użat flimkien mal-Protezzjoni mir-Radjazzjoni 118 – Linji Gwida ta’ Riferiment għall-Immaġini biex jiżgura u jiddokumenta li l-espożizzjoni għar-radjazzjoni tal-pazjent huwa ġġustifikat abbażi tal-indikazzjonijiet mediċi.
Riferiment lill-Isptar Mater Dei għall-Eżaminazzjoni tad-Densità tal-Għadam
Użat biex tintalab test tad-densità tal-għadam. Il-formola PDF għandha timtela kompletament, stampata, iffirmata u mibgħuta bil-posta għall-appuntament fit-Taqsima tad-Densità tal-Għadam fl-Isptar Mater Dei. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għaċ-ċirkulari tad-DH 278/2013 u/jew ibgħat emajl lil bonedensity.mdh@gov.mt.
Formoli tal-Iskeda V
Formola ta’ Applikazzjoni Skeda V
Formola POYC16.
Formola tal-Medikazzjoni tal-Iskeda V ghall-Kundizzjonijiet Beninni tal-Prostata
(Il-verżjoni oriġinali nħarġet maċ-Ċirkulari DH 98/2019).
Ċertifikati u Notifiki
Rapport tat-Tilqim Onlajn
Użat biex jinnotifika tilqim statutorju lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. It-tabib jeħtieġ li jidħol fis-sit billi juża l-e-ID tiegħu/tagħha biex jaċċessa din il-formola. Għal aktar informazzjoni ibgħat emajl fuq immunisation@gov.mt.
Ċertifikat tal-Mewt (Formola DH35)
Użat biex tiċċertifika l-mewt u l-kawża tagħha. Din il-verżjoni PDF tista’ timtela onlajn u mbagħad tiġi stampata u ffirmata. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lir-Reġistru Nazzjonali tal-Mortalità fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u Riċerka dwar is-Saħħa.
Talba Għall-Ħruġ/Tiġdid ta’ Karta ta’ Kontroll Għal Drogi Narkotiċi U Psikotropiċi
Użat biex tapplika għal Karta ta’ Kontroll ġdida jew biex iġġeddidha. Għal aktar informazzjoni ikkuntattja lit-Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi Narkotiċi u Psikotropiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali.
Notifika lil SPH ta’ Preskrizzjoni Urġenti (jeħtieġ login tal-e-ID)
Użat biex jinnotifika lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika meta tkun inħarġet riċetta urġenti għal drogi perikolużi mingħajr l-użu tal-Karta tal-Kontroll għal dawn it-tip ta’ drogi. Alternattivi offline: PDF / PDF li jista’ jimtela
Ċertifikat Mediku ta’ Schengen
Użat għar-residenti Maltin li jixtiequ jivvjaġġaw fi stat ieħor ta’ Schengen u li għandhom bżonn jieħdu droga narkotika u/jew sustanza psikotropika matul dan il-perjodu. Iż-żewġ naħat għandhom jiġu stampati. Validu biss għal 30 jum. It-tobba għandhom jimlew it-taqsimiet A, B u Ċ biss filwaqt li sussegwentement it-Taqsima D għandha tiġi awtentikata mit-Taqsima tal-Kontroll tad-Drogi Narkotiċi u Psikotropiċi fi 12, City Gate Shopping Arcade, Valletta.
Notifika ta’ Kanċer
Użat biex jinnotifika każ ġdid ta’ kanċer. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u Riċerka dwar is-Saħħa.
Notifika ta’ Mard Infettiv
Użat biex jinnotifika każ ġdid ta’ mard infettiv. Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lit-Taqsima għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard Infettiv.
Formoli tal-Att tas-Saħħa Mentali
Skeda 1
Applikazzjoni biex tiġi ristretta l-Libertà ta’ Komunikazzjoni.
Skeda 2
Applikazzjoni biex persuna tiddaħħal involontarjament għall-osservazzjoni f’Faċilità tas-Saħħa Mentali Liċenzjata.
Skeda 3
Applikazzjoni biex persuna tiddaħħal involontarjament taħt Ordni ta’ Trattament.
Skeda 4
Applikazzjoni għal estensjoni tad-dħul involontarju taħt Ordni ta’ Trattament.
Skeda 5
Applikazzjoni għal Ordni ta’ Detenzjoni kontinwa.
Skeda 6
Applikazzjoni għal ħelsien minn dħul involontarju taħt Ordni ta’ Trattament / Ordni ta’ Detenzjoni kontinwa.
Skeda 7
Applikazzjoni biex persuna titqiegħed taħt Ordni ta’ Trattament fil-Komunità.
Skeda 8
Notifika ta’ ftehim biex tingħata Kura Medika fil-Komunità.
Skeda 9 – Taqsima I
Ordni ta’ Trasferiment mill-Ispeċjalista responsabbli biex jieħu pazjent għal Assessjar u/jew Trattament.
Skeda 9 – Taqsima II
Ordni ta’ Trasferiment mill-Ministru għall-Ġustizzja biex jieħu pazjent għal Assessjar u/jew Trattament.
Skeda 10
Applikazzjoni biex tirrevoka Ordni ta’ Trattament fil-Komunità.
Skeda 11
Ċertifikazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Kapaċità Mentali.
Skeda 12
Applikazzjoni biex tirrevoka Ċertifikat ta’ nuqqas ta’ Kapaċità Mentali.
Skeda 14 – Taqsima I
Lista ta’ Trattamenti Speċjali.
Skeda 14 – Taqsima II
Applikazzjoni għal Trattament Invażiv jew Irriversibbli.
Skeda 15
Talba għal-Leave skont l-Artikolu 37 għal persuna detenuta taħt Ordni tal-Qorti.
Applikazzjonijiet għad-Dħul fl-Isptar Monte Karmeli
Qarrej għall-formoli PDF jista’ jitniżżel b’xejn minn https://get.adobe.com/uk/reader/