The health minister, Hon. Chris Fearne

Onor. Chris Fearne huwa d-Deputat Prim Ministru ta’ Malta u l-Ministru għas-Saħħa. Huwa wieħed mill-Ministri tas-Saħħa f’din il-kariga għall-itwal żmien fl-Ewropa peress li ilu jmexxi s-settur tas-saħħa minn April tal-2014. Id-DPM Fearne huwa wkoll membru tal-Global Leaders Group on Antimicrobial Resistance.

Fearne ilu Membru Parlamentari tal-Partit Laburista fil-Gvern mill-2013. Qabel ma nħatar il-Kap tal-Kamra tar-Rappreżentanti, huwa kien imexxi l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Parlament ta’ Malta.

Qabel nieda l-karriera politika tiegħu, Fearne ħadem bħala tabib u kirurgu għal aktar minn tletin sena, li tulhom okkupa l-kariga ta’ Konsulent Kirurgu Pedjatriku u Chairman Kliniku tal-Isptar Mater Dei. Huwa kiseb l-edukazzjoni tiegħu mill-Università ta’ Malta fejn iggradwa fil-Mediċina u l-Kirurġija fl-1987 u wara sar Fellow tar-Royal College of Surgeons of Edinburgh. Fearne ħadem u studja f’numru ta’ sptarijiet tat-tfal fir-Renju Unit, fosthom l-Isptar ta’ Great Ormond Street f’ Londra. Huwa kien ukoll lettur tal-mediċina fl -Università ta’ Malta.

Chris huwa miżżewweġ lil Astrid, li hija wkoll tabiba li tispeċjalizza fil-kura primarja pedjatrika. Huma għandhom tlett itfal, Dawn, Julian u Rafael, kif ukoll neputi.

Skip to content