Scroll to top

Notifika Waħda bl-SMS fl-2025

Mit-12 ta’ Marzu 2025, l-Isptar Mater Dei (MDH) qed jibgħat SMS wieħed lil kull numru tal-mowbajl irreġistrat fis-sistema tal-isptar (CPAS). Dan huwa parti mill-impenn tagħna biex intejbu s-sigurtà u t-trasparenza fil-ġestjoni tal-informazzjoni personali tiegħek.

Għaliex qed tirċievi dan l-SMS?

Dan l-SMS jintbagħat biex jinfurmak li n-numru tal-mowbajl tiegħek huwa rreġistrat sabiex jirċievi notifiki relatati mal-appuntamenti u d-dettalji personali tiegħek fl-Isptar Mater Dei. Din il-miżura tgħin sabiex niżguraw li d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek ikunu korretti u aġġornati.

X’jgħid l-SMS?

L-SMS mill-MDH se jaqra:

“SMS notifications for Mater Dei appointments for John Doe ID ending 99M will be sent to this number. If you are not the correct recipient or have queries, please contact us on e-mail: 📧 [email protected] or visit🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Min jirċievi dan l-SMS?

Din in-notifika tintbagħat darba lil kull numru tal-mowbajl irreġistrat fis-sistema tal-isptar (CPAS). Tintbagħat f’lottijiet skont id-data tat-twelid tal-pazjenti. Numri ġodda jiġu nnotifikati bl-istess mod wara li jiġu rreġistrati fis-sistema.

X’għandek tagħmel jekk tirċievi dan l-SMS?

Jekk id-dettalji huma korretti, m’hemmx azzjoni x’tiehu.

Jekk m’intix ir-riċevitur jew it-tagħrif ma humiex korretti, ikkuntattjana minnufih fuq: 📧 [email protected] or visit🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Kif taġġorna d-dettalji tiegħek?

Persuni li għandhom e-ID jistgħu jaġġornaw b’mod sigur l-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom billi jżuru:🌐Detailupdate.mdh.gov.mt

Kif tieqaf tirċievi notifiki bl-SMS?

Jekk ma tixtieqx tibqa’ tirċievi notifiki bl-SMS mingħand l-MDH, ikkuntattjana fuq: 📧 [email protected] jew żur: 🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

X’jiġri meta jinbidlu d-dettalji personali tiegħek fis-sistema tal-isptar?

Mill-1 ta’ Marzu 2025, l-Isptar Mater Dei (MDH) qed jibgħat notifiki bl-SMS kull meta ssir bidla fid-dettalji personali ta’ pazjent fis-sistema tal-isptar (CPAS), inkluż:

  • Numru tal-mowbajl
  • Isem
  • Indirizz
  • Settings tan-notifiki bl-SMS (attivati jew diżattivati)

Għaliex tirċievi SMS wara kull bidla?

Sabiex tissaħħaħ is-sigurtà u t-trasparenza, l-MDH jinfurmak kull darba li ssir bidla fid-dettalji personali tiegħek. Dan jgħin biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiegħek tibqa’ korretta u jipproteġi kontra bidliet mhux awtorizzati.

Meta tirċievi SMS?

Tirċievi SMS kull meta:

  1. Jinbidel in-numru tal-mowbajl tiegħek.
  2. Jinbidlu s-settings tan-notifiki bl-SMS.
  3. Jinbidel ismek.
  4. Jinbidel l-indirizz tiegħek.

(It-testi tal-SMS jibqgħu bl-Ingliż kif approvati fis-sistema).

X’għandek tagħmel jekk tirċievi dan l-SMS?

Jekk il-bidla hija korretta, m’hemmx azzjoni x’tiehu.

Jekk ma awtorizzajtx il-bidla jew taħseb li hija żbaljata, ikkuntattjana minnufih fuq:📧 [email protected] jew żur🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Kif taġġorna d-dettalji tiegħek?

Persuni li għandhom e-ID jistgħu jaġġornaw id-dettalji tagħhom fi kwalunkwe ħin minn: 🌐Detailupdate.mdh.gov.mt

Your Privacy and Security

Dawn in-notifiki bl-SMS huma parti mill-impenn tal-MDH biex jipproteġi l-informazzjoni personali tiegħek u biex iżommok infurmat dwar kwalunkwe bidla fir-rekords tiegħek.