Scroll to top

Notifiki bl-SMS dwar bidliet fid-Dettalji Personali

L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa (ODPM) qed ikompli jsaħħaħ is-sigurtà u t-trasparenza fis-sistemi tal-isptarijiet. Bħala parti minn dan il-proċess, l-Isptar Mater Dei jibgħat notifiki permezz ta’ SMS fuq in-numri tal-mowbajl irreġistrati fis-sistema tal-amministrazzjoni tal-pazjenti tal-isptar (CPAS). L-isem tal-mittent jidher bħala MDH fuq il-mobile tar-riċevitur.
Il-proċess jikkonsisti f’żewġ partijiet:

1. NOTIFIKA WAĦDA BL-SMS

Mit-12 ta’ Marzu 2025, l-Isptar Mater Dei beda’ jibgħat SMS wieħed lil kull numru tal-mowbajl irreġistrat fis-sistema tal-isptar (CPAS), biex jinforma lid-detentur tan-numru, li d-dettali personali ġew rreġistrati. Dawn l-SMSs jintbagħtu f’lottijiet skont id-data tat-twelid tal-pazjent, kif irreġistrata fis-sistema CPAS. Numri tal-mowbajl irreġistrati ġodda jirċievu wkoll dan l-SMS darba.
It-test tal-SMS mill-MDH huwa:

“SMS notifications for Mater Dei appointments for John Doe ID ending 99M will be sent to this number. If you are not the correct recipient or have queries, please contact us on e-mail: 📧 [email protected] or visit🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Persuni li għandhom e-ID jistgħu jagħmlu talba biex jaġġornaw id-dettalji tagħhom fuq: Detailupdate.mdh.gov.mt

2. BIDLIET FID-DETTALJI PERSONALI

Mill-1 ta’ Marzu 2025, kull meta ssir bidla fid-dettalji ta’ pazjent fis-sistema tal-isptar (CPAS), bħal numru tal-mowbajl, isem, indirizz jew l-istatus tan-notifiki bl-SMS (mixgħul jew mitfi), tintbagħat notifika bl-SMS fuq in-numru tal-mowbajl irreġistrat. It-test tal-SMS mill-MDH huwa:

Wara bidla fin-numru tat-telefon

“Dear John Doe, this is to inform you that this contact number has been updated for ID ending 99M in the hospital IT systems. If you require further assistance, do not hesitate to contact us on 📧 [email protected] or visit🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Meta n-notifiki bl-SMS jiġu attivati (ON)

“Dear John Doe, this is to inform you that your contact number has been set to receive medical notifications from the hospital IT systems for ID ending 99M. If you require further assistance, do not hesitate to contact us on 📧 [email protected] or visit🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Meta n-notifiki bl-SMS jiġu diżattivati (OFF)

“Dear John Doe, this is to inform you that your contact number has been set to no longer receive medical notifications for ID ending 99M. If you require further assistance, do not hesitate to contact us on 📧 [email protected] or visit🌐 health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Meta jinbidel l-isem tal-pazjent

“This is a notification for John Doe that name/surname has been updated for individual ID ending 99M. If you require further assistance, do not hesitate to contact us on 📧 [email protected] or visit🌐health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Meta jinbidel l-indirizz tal-pazjent

“This is a notification for John Doe that personal address has been updated to 1 Triq id-Donaturi tad-Demm, Msida for individual ID ending 99M. If you require further assistance, do not hesitate to contact us on📧 [email protected] or visit🌐health.gov.mt/health-care-services-sms-notifications/

Kull meta persuna titlob bidla fid-dettalji personali tagħha, jitwettaq proċess ta’ verifika u d-dettalji relatati mal-kategoriji msemmija hawn fuq jiġu aġġornati kif xieraq.

Persuni li għandhom e-ID jistgħu fi kwalunkwe ħin jidħlu fis-sistema u jitolbu aġġornament tad-dettalji tagħhom fis-sistema tal-isptar (CPAS) minn: Detailupdate.mdh.gov.mt